Arkivji Storiċi
Il-Parlament Ewropew evolva b'mod sinjifikanti matul is-snin, fejn kiseb dejjem aktar responsabbiltajiet u importanza. Filwaqt li l-predeċessura tiegħu, l-Assemblea, kellha semplicement rwol ta' superviżjoni, illum il-Parlament huwa l-unika istituzzjoni tal-UE eletta direttament, inkarigat li jirrappreżenta l-interessi tal-poplu. Barra milli jsawwar u jiddeċiedi dwar leġiżlazzjoni ġdida, huwa wkoll responsabbli għall-iskrutinju tal-istituzzjonijiet tal-UE u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem kemm fl-Ewropa kif ukoll barra. F'din it-taqsima tista' ssib iżjed informazzjoni dwar kif il-Parlament żviluppa matul iż-żmien.
Elezzjonijiet preċedenti
Il-MPE ilhom mill-1979 jiġu eletti direttament minn madwar l-UE kollha kemm hi. Skopri ċ-ċifri mill-aħħar elezzjonijiet u informazzjoni storika dwar il-kompożizzjoni politika tal-Parlament, il-parteċipazzjoni tal-votanti u s-sehem ta' MPE nisa eletti.
Il-PE u Trattati
It-tibdiliet fit-trattati tal-UE wasslu biex il-Parlament pass pass ingħata aktar setgħat. Aqra dwar l-evoluzzjoni tad-dritt primarju tal-UE u l-impatt ta' dawn l-iżviluppi fuq il-Parlament.
L-arkivji tal-Parlament Ewropew
Imraħ f'sorsi, artikli u studji storiċi u skopri l-kontribut li l-Parlament ta biex iġib 'il quddiem l-integrazzjoni Ewropea.