Messaġġ ta' merħba tal-President tal-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet
Għeżież Membri, sħab u ħbieb,
L-Unjoni Ewropea sservi ta' punt ta' riferiment għall-valuri u għall-prinċipji gwida tagħha fid-dinja kollha. Flimkien niddefendu ordni dinji paċifiku, ġust, inklużiv u bbażat fuq ir-regoli.
Il-Membri tal-Parlament Ewropew, bħala rappreżentanti eletti, huma impenjati li jsemmgħu leħen iċ-ċittadini Ewropej fid-dinja b'mod konformi mal-valuri u mal-interessi strateġiċi tagħna.
Huwa bis-saħħa tax-xogħol tad-delegazzjonijiet li mmexxu 'l quddiem id-djalogu ma' sħabna tal-pajjiżi terzi, bil-għan li niżguraw liċ-ċittadini tagħna paċi u prosperità komuni, b'mod partikolari permezz tat-tisħiħ tad-demokrazija u tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem.
Għandi konvinzjoni qawwija li d-diplomazija parlamentari tiżvolġi rwol fundamentali biex tgħin ħalli jissawru u jitwettqu l-objettivi tal-politiki esterni tal-Unjoni bl-akbar koerenza u kredibbiltà.
Fil-paġni ta' dan is-sit issib aktar informazzjoni dwar l-attivitajiet tagħna, il-missjoni tagħna u l-istorja tagħna: Tista' wkoll tikkonsulta l-minuti tal-laqgħat fi Brussell u Strasburgu u tal-missjonijiet esterni, il-kalendarju tal-attivitajiet u sommarju tar-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Parlament.
Anki jekk il-kriżi tal-coronavirus limitat ħafna mil-laqgħat interparlamentari tagħna, qed inkomplu nsegwu s-sitwazzjoni fil-pajjiżi u fir-reġjuni sħab tagħna. Sakemm inkunu nistgħu nerġgħu nibdew niltaqgħu mas-sħab tagħna, nittamaw li dawn il-paġni juru r-rwol importanti tad-delegazzjonijiet għar-relazzjonijiet tal-Parlament Ewropew mal-bqija tad-dinja.
Inmaculada RODRÍGUEZ-PIÑERO
President, Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet
Id-disa' leġiżlatura
Il-laqgħat li jmiss
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Ċilì
Brussell : ASP - A3G-2
Laqgħa ordinarja
Exchange of views on the constitutional reform in Chile
Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Kooperazzjoni UE-Russja
Brussell : JAN - 6Q2
Laqgħa ordinarja
Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari ta' Sħubija UE-Renju Unit
Brussell : PHS - P1A002
INTER-PARLIAMENTARY DELEGATION
3rd EU-UK Parliamentary Partnership Assembly
Brussell : PHS - P1A002
INTER-PARLIAMENTARY DELEGATION
3rd EU-UK Parliamentary Partnership Assembly
Brussell : PHS - P1A002
INTER-PARLIAMENTARY DELEGATION
3rd EU-UK Parliamentary Partnership Assembly
Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Ġappun
Brussell : PHS - P6B054
Laqgħa ordinarja
Preparatory meeting with the EEAS and the Commission in view of the 41st EU-Japan IPM