Għandek xi mistoqsijiet dwar kif jaħdem l-emiċiklu waqt il-plenarja?
Din l-animazzjoni interattiva magħmula għalik!
Għaddi minn fuq kull żona tal-emiċiklu biex tiskopri kif taħdem: nibdew mill-President, ngħaddu mill-gruppi politiċi u l-galleriji miftuħin għaċ-ċittadini, u nibqgħu sejrin sal-interpreti: kollox se jiġi żvelat!
Għas-seduti plenarji, is-705 Membru tal-Parlament Ewropew jiltaqgħu fil-Kamra fi Strasburgu u f'dik fi Brussell.
Is-siġġijiet tal-Membri huma mqassma skont il-gruppi politiċi. Il-Membri li ma jappartjenu għall-ebda grupp jokkupaw siġġijiet bħala Membri mhux affiljati.
Hemm żewġ pjanti tat-tqassim tas-siġġijiet fil-Kamra, waħda għal Strasburgu u l-oħra għal Brussell; dawn jiġu aġġornati għal kull sessjoni parzjali.