Mistoqsijiet frekwenti magħmula lill-Unità tal-Kelliem tal-Parlament 

 

Kif jaħdmu l-Membri tal-Parlament Ewropew? X'rwol g]andu l-Parlament fil-kontroll tal-baġit tal-UE? Kif jiġu ffurmati l-gruppi politiċi? Tista' ssib it-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet u mistoqsijiet frekwenti oħrajn dwar il-metodi ta' ħidma tal-Parlament f'dawn il-mistoqsijiet frekwenti.


It-taqsimiet hawn taħt fihom firxa wiesgħa ta' informazzjoni dwar it-tmexxija ta' kuljum tal-Parlament, l-elezzjonijiet Ewropej, il-ħidma tal-Membri tal-Parlament Ewropew u ħafna iktar. L-għażla ta' mistoqsijiet u tweġibiet tiġi aġġornata regolarment biex tinkludi punti ta' interess attwali u kostanti għall-midja. Kull taqsima fiha links għal informazzjoni addizzjonali disponibbli fuq is-sit web tal-Parlament Ewropew.


Jekk ikollok xi mistoqsijiet oħra, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Unità tal-Kelliem tal-Parlament Ewropew.


Għal mistoqsijiet tal-midja dwar il-kumitati tal-Parlament Ewropew, jekk jogħġbok ikkuntattja lis-Servizz tal-Istampa.


Dettalji ta’ kuntatt tas-servizz tal-Kelliem u tal-Istampa.