Sib Membru tal-Parlament Ewropew
Ara l-lista ta' Membri attivi u preċedenti tal-Parlament Ewropew jew fittex għal Membru bl-użu ta' diversi kriterji.
Tista' tikkuntattja lill-Parlament Ewropew permezz tal-Unità tat-Talbiet għal Informazzjoni miċ-Ċittadini (Ask EP), li tipprovdi tweġibiet għall-mistoqsijiet tiegħek dwar il-Parlament u dwar il-pożizzjonijiet u l-attivitajiet tiegħu, l-organizzazzjoni u r-regoli kif ukoll is-setgħat u l-proċeduri tiegħu.
Ara l-lista ta' Membri attivi u preċedenti tal-Parlament Ewropew jew fittex għal Membru bl-użu ta' diversi kriterji.
Kull ċittadin tal-Unjoni Ewropea għandu d-dritt li jressaq petizzjoni quddiem il-Parlament Ewropew. Il-proċess ta' petizzjoni jiżgura li l-vuċi taċ-ċittadini Ewropej tinstema' u li d-drittijiet tagħhom ikunu rispettati.
Żur il-qalb tad-demokrazija Ewropea u skopri kif taħdem fil-prattika. Skopri kif tippjana ż-żjara tiegħek f'wieħed mit-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew: Brussell, Strasburgu u l-Lussemburgu.
Qed tfittex impjieg mal-Parlament Ewropew? Hawnhekk issib links utli dwar karrieri fl-istituzzjonijiet u fl-aġenziji tal-UE. Ara l-informazzjoni kollha dwar il-proċeduri ta' reklutaġġ fis-sit web tal-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO).
Iċ-ċittadini kollha tal-UE għandhom dritt ta' aċċess għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. Reġistru elettroniku ta' dokumenti, stabbilit mill-PE, jipprovdi aċċess dirett għall-maġġoranza tad-dokumenti tal-Parlament Ewropew permezz ta' formola ta' tiftix.
Esplora d-database tal-Parlament Ewropew għall-monitoraġġ tal-proċess deċiżjonali fl-UE, il-fajls proċedurali tiegħu u l-funzjonijiet ta' tiftix.
Għandek xi mistoqsijiet dwar l-UE? L-Ewropa Tiegħek tagħtik informazzjoni, għajnuna u pariri dwar id-drittijiet li l-UE tagħti liċ-ċittadini tagħha, rigward l-ivvjaġġar, ix-xogħol, is-saħħa, l-edukazzjoni u n-negozju.
SOLVIT jagħti informazzjoni u għajnuna f'każijiet fejn ċittadini jew negozji tal-UE jħabbtu wiċċhom ma' ostakli żejda f'pajjiż ieħor, bħal regoli jew deċiżjonijiet inġusti u burokrazija diskriminatorja.
Il-Parlament Ewropew għandu Uffiċċju ta' kollegament f'kull Stat Membru. Dan xi jfisser fil-prattika?
Il-Webmaster jiżgura li l-websajt tal-Parlament Ewropew tkun taħdem sew, waqt li tiġi ppreżentata kif suppost. Huwa wkoll responsabbli għall-iżvilupp tagħha 'l quddiem. Aħna nilqgħu l-kummenti tiegħek kif ukoll xi suġġerimenti li jista' jkollok biex din il-websajit tkun tista' tintuża aktar faċilment.
Teżisti mailbox elettronika fejn inti tista' tibgħatilna messaġġ ħalli tgħarrafna b'xi diffikultajiet tekniċi li jistgħu jinqalgħu.
Il-kummenti tiegħek għandhom ikunu relatati mal-funzjonijiet tekniċi jew mal-preżentazzjoni tas-sit - links li ma jaħdmux, informazzjoni mhux preċiża, żbalji lingwistiċi, dejta nieqsa, emails li jirritornaw lura jew problemi biex tidħol fis-sit.
Ser nagħmlu minn kollox biex nirrisponduk permezz ta' email fi żmien raġonevoli.